Il-paġna Up & Up with Faith hija blog fuq il-midja soċjali li jirrakkonta l-ħajja ta’ Faith u l-esperjenzi tal-familja tagħha, spiss b’għan li tqajjem kuxjenza dwar id-down syndrome u turi l-valur u l-potenzjal ta’ kull persuna.
Illum il-paġna qasmet messaġġ ħelu u pożittiv f’isem Faith biex tfakkar il-Jum Internazzjonali tal-Mara. Il-messaġġ juri l-entużjażmu ta’ Faith hekk kif skopriet li din il-ġurnata hija ddedikata lill-bniet u n-nisa madwar id-dinja.
Fil-post, Faith tgħid li ommha spjegatilha li llum hija ġurnata speċjali li tiċċelebra lill-bniet u n-nisa. Hija tgħid li kienet kuntenta ħafna b’dan u bdiet tgħid lil kulħadd li hija tifla.
“Il-Mamà qaltli li llum niċċelebraw lill-bniet u n-nisa u jien ferħana ħafna b’dan, u bqajt ngħid lil kulħadd li jien tifla… Il-Mamà tant hi ċerta li xi darba se nsir mara straordinarja! Hi temmen ħafna fija.”
Fl-aħħar tal-messaġġ, Faith tibgħat awgurju lill-bniet u nisa kollha biex igawdu l-ġurnata tagħhom, u tfakkar li din hija ċelebrazzjoni li jistħoqqilha kull mara.
Awguri lil Faith u lil ommha li tant tkun hemm għaliha!
Facebook/ Up & Up with Faith