Papa Ljun XIV Jirrifjuta Stedina Biex Imur L-Amerka U Minflok Iżur Pajjiżi Foqra Fl-Afrika

Il-Papa Ljun XIV reġa’ għal darb’oħra sab ruħu fiċ-ċentru tal-kontroversja wara li rrifjuta li art twelidu, l-Amerka, tkun l-ewwel pajjiż li jżur fl-irwol tiegħu bħala Kap tal-Knisja Kattolika. Minflok, il-Papa għażel li jżur għadd ta’ pajjiżi foqra fl-Afrika fl-ewwel vjaġġ appostoliku tiegħu.



Hu kien mistieden sabiex iżur l-Amerka fl-4 ta’ Lulju hekk kif dakinhar il-pajjiż jiċċelebra l-indipendenza tiegħu mill-imperu Ingliż. Madankollu, rapporti mis-sit Reuters jindikaw li l-Papa għandu l-intenzjoni li jqatta’ dan il-jum minflok fil-gżira Taljana ta’ Lampedusa mdawwar ma’ bosta immigranti.



Din id-deċiżjoni ssegwi konflitt li żviluppa lbieraħ bejn il-President Amerikan Donald Trump u l-Papa Ljun XIV. Dan hekk kif il-President Amerikan iddeskriva lill-Mexxej tal-Knisja Kattolika bħala “dgħajjef u terribbli għall-politika barranija” fl-isfond ta’ kritika li l-Papa tenna ftit qabel dwar il-gwerra fl-Iran.

Rapport mis-sit barrani People semma li sorsi mill-Vatikan qed jagħtu x’jifhmu li l-Papa jaf saħansitra jagħżel li qatt ma jżur art twelidu kemm-il darba din tibqa’ taħt it-tmexxija tal-President Trump.

Intom x’taħsbu dwar dan?



Ritratti:

Instagram / @pontifex (Pope Leo XIV) u Facebook / One Afrika Family – OAF

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI