“Persuna Li Riedet Tirringrazzjani Għal Xogħoli Għax Għint Lill-Familja Tagħha … Persuna Fqajra, Tbati Minn Kundizzjoni Medika Partikolari ” – Jason Azzopardi

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tiegħu, l-avukat Jason Azzopardi qasam mas-segwaċi tiegħu kelmtejn sbieħ rigward rigal ħelu li rċieva riċentament. Dan fejn persuna li sabet għajnuna mingħandu, ħadmitlu diamond painting li tieħu ammont twil ta’ ħin.

Hu qal, “Nasal l-uffiċju u nsib dan ir-rigal sabiħ wisq jistennieni, maħdum bl-idejn. Persuna li riedet tirringrazjani għal xogħli għax għint lill-familja tagħha. Qagħdet taħdem fuqu għal ma nafx kemm il ġimgha, b’idejha, waħedha. Tpeċpeċ għajnejk biex tagħmlu daqs kemm fih dettal.”

Żied, “Persuna fqajra, tbati minn kundizzjoni medika partikolari, m’għandhiex titli, bla pretensjonijiet u mis-South bħali. U ma taqbilx miegħi fuq ċertu affarijiet, imma rbaħt ir-rispett tagħha u ta’ familtha. Rigal li hu isbaħ u aqwa mill-aqwa pagament għax mill-qalb.”







Ritratti:

Facebook/Jason Azzopardi

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI