KELLYMNI

Kellymni: Episodju 47 – Kylie Coleiro

Play

Kylie Coleiro, kantanta lokali u figura attiva fuq il-mezzi soċjali, se tkun il-mistiedna li jmiss fil-podcast Kellymni. Lil hinn mill-kant, hi qasmet il-vjaġġ tagħha bħala omm, tkellmet dwar l-isfidi tal-alopecia u d-diffikultajiet li affrontat sa minn ċkunità. B’mod ġenwin, Kylie titkellem dwar il-bullying u l-impatt li jista’ jħalli, anke jekk mhux fiżiku, filwaqt li dejjem tipprova żżomm attitudni pożittiva. Ħa taraw ukoll lil Kylie emozzjonanta meta Melanie pubblikament tiskuża ruħha magħha, x’wassal eżatt għal din l-iskuża?

IXXERJA

PARTNERS UFFIĊJALI