Sean Gravina, jingħaqad ma’ Melanie Kelly fuq Kellymni – Il-Podcast ta’ Gwida. Sean jitkellem dwar l-isfidi li għadda minnhom meta kien għadu tifel sakemm sab saqajh u t-triq tiegħu. Dan kien possibbli grazzi għal diversi persuni li għenuh jiżviluppa l-karattru u jsib il-passjoni tiegħu. L-imħabba għall-waterpolo, flimkien mal-imħabba għall-kċina żammewh miexi fit-triq it-tajba u permezz tal-ħidma tiegħu kellu diversi opportunitajiet sbieħ.