Janvil, jingħaqad ma’ Melanie Kelly fuq Kellymni – Il-Podcast ta’ Gwida, fejn se jkun qed jiftaħ qalbu dwar diversi episodji li għadda minnhom tul ħajtu. Ħafna jafu lil Janvil, iżda jafu min hu aktar milli jafu personalment u permezz ta’ Kellymni, se jkollkom iċ-ċans li tkunu tafuh aktar mill-viċin. Kull persuna għandu l-istorja tiegħu, uħud jagħżlu li jżommuha misteru, filwaqt li oħrajn jistennew il-mument opportun biex jaqsmu l-istorja tagħhom. Janvil jagħżel li jagħmel dan flimkien ma’ Melanie.