"Qabel Din Il-Kompetizzjoni, Għaddejt Minn Operazzjoni Ta' Isterektomija… Ħassni Inutli" – Il-Kantanta Lokali Chantal Michelle Tiftaħ Qalbha

Il-kantanta lokali Chantal Michelle, li rajnieha fost l-oħrajn fil-programm Showtime M’Aceline kif ukoll X Factor Malta, qasmet esperjenza li għaddiet minnha tul dan l-aħħar.

“Qabel din il-kompetizzjoni, għamilt operazzjoni ta’ isterektomija. Ġabitni nħossni bħallikieku tlift parti kbira mill-identità tiegħi bħala mara. Ħassni inutli… bħallikieku kont qed neħxien, għajjiena, kerha, u nixjieħ malajr wisq! Imbagħad, iltqajt ma’ Ivan Gaffiero, anke jekk darba biss, u bil-kliem sabiħ tiegħu, ġegħelni nemmen fija nnifsi mill-ġdid.”



Chantal Michelle



Ritratt: Facebook/ Chantal Michelle

Chantal tesprimi kemm wassalha biex tħalli l-età fil-ġenb, u temmen fil-kapaċità tagħha. Din l-esperjenza qed tgħinha terġa’ tqum fuq saqajha u tibrilla.

“Kull mara, irrispettivament mill-età tagħha, jistħoqqilha ċ-ċans li tiddi! Għalhekk minn qalbi grazzi, Sur Gaffiero, talli tajtni lura l-kunfidenza biex nerġa’ nemmen fija nnifsi.”

Ara l-post ta’ Chantal HAWN



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI