Fuq il-midja soċjali l-produttur u mużiċist Howard Keith Debono jibda billi jirringrazzja lil dawk kollha li segwew b’interess is-semifinali ta’ X Factor Malta f’nofs il-ġimgħa, fejn deher biċ-ċar ix-xogħol intensiv li sar fuq il-verżjoni orkestrali tal-kanzunetti.
Huwa spjega li kienet sfida kbira li dan kollu jitħejja f’temp ta’ jumejn biss, iżda sostna li kienet waħda mill-aqwa esperjenzi.
“Jiena ġenwinament kuntent ħafna bir-riżultat u bis-6 kontestanti kollha. Kollha wettqu l-ħidma tagħhom. Claude Agius u Nadine Chircop, ma ddiżappuntawx f’din l-edizzjoni. Qalbkom u l-passjoni tagħkom fil-mużika huma evidenti. Jidher fuq wiċċkom xi tfisser din għalikom meta tagħtu wirjiet.”
F’messaġġ mill-qalb, huwa rringrazzja b’mod partikolari lil Claude Agius u Nadine Chircop tal-passjoni u d-dedikazzjoni tagħhom lejn il-mużika.
Huwa jqis lil Claude bħala wieħed mill-pijunier tal-hip hop f’Malta, u jħoss li qed jiġu aktar apprezzat l-istil.
Huwa ħeġġiġhom biex ikomplu joħolmu u ma jaqtgħu qalbhom qatt. Prosit ta’ dan il-vjaġġ sabiħ li kellkom f’X Factor Malta Lapes u Nadine!