“Qatt Mhu Se Ninsew In-Natura Ġentili U Kwieta Tiegħu, Il-Qalb Tajba U Immensa Tiegħu U Kif Kien Iħares Lejn Il-Ħajja.” – Dorothy Bezzina

Il-kantanta lokali Dorothy Bezzina, ħabbret it-telfa tal-għażiż zijuha fuq il-mezzi soċjali tagħha. F’messaġġ qasir hi sellmet il-memorja tiegħu fejn kitbet, “L-għażiż ziju tagħna Lolly mar jiltaqa’ mal-Mulej irxoxt ilbieraħ filgħaxija.”

Hi żżid, “Qatt mhu se ninsew in-natura ġentili u kwieta tiegħu, il-qalb tajba u immensa tiegħu u kif kien iħares lejn il-ħajja. Se nimmissjawh ħafna!”

F’isem it-tim ta’ Gwida, ngħaddu l-kondoljanzi tagħna lill-familja Bezzina għal din it-telfa għażiża. Ċertament li l-memorji li qasmu flimkien se jibqgħu jġorruhom f’qalbhom u b’hekk iżommu ħajja l-memorja tal-għażiż zijuhom.

Il-funeral se jsir nhar it-Tnejn, 28 ta’ Lulju fis-8:30, fil-Knisja tal-Madonna tal-Grazzja, Ħaż-Żabbar.

Strieħ fil-paċi Lolly u kompli ħares fuq il-maħbubin tiegħek minn fejn tinsab.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI