Żewġ turisti ntlemħu jagħmlu atti sesswali f’post pubbliku ġewwa San Ġiljan.
“Dan huwa abbuż ta’ spazju pubbliku,” saħqet il-paġna St Julian’s Uncensored li qasmet dan il-filmat fuq il-midja soċjali. Huma semmew kif ċerti turisti qed iġibu rwieħhom b’mod “sfaċċat u totalment mhux xieraq” u ddeskrivew dan bħala diżrispett ċar lejn pajjiżna.
Il-filmat ġie milqugħ minn għadd ta’ kummenti ta’ rabja u diżapprovazzjoni fejn ħafna saħqu li dan l-attaġjament huwa “inaċċettabbli”.
Intom x’taħsu dwar dan?
Ritratti: Facebook / St Julian’s Uncensored