"Qed Nistennewk Bil-Ħerqa Ċkejkna Tagħna" – Ira Losco Tistenna Tarbija

Aħbar ħelwa dalgħodu hekk kif Ira Losco kitbet post ħelu fuq facebook li lkoll jinsabu ħerqana għat-twelid ta’ oħt Harry f’Novembru li ġej. “Qalbna diġà qed tfur bl-imħabba għaliha minn issa!”, tenniet Ira.

Ira qalet li se tkompli twettaq l-avvenimenti bbukkjati li għandha, ovvjament sakemm dan ikun possibbli u li mbagħad tirritorna fl-inqas żmien possibbli. Dan dejjem b’kunsiderazzjoni li żżomm f’saħħitha lit-tifla, lilha nnifisha u lill-familja.





Ira kitbet spunt li ntuha raġun għalih mija fil-mija, fejn qalet li n-nisa jaqdu ħafna rwoli fis-soċjetà u huwa minnu. Prosit Ira, u awguri lilkom kollha minn issa. Grazzi talli qsamt dan il-mument ta’ ferħ mal-pubbliku li dejjem ħabbek u bix-xieraq.

L-aqwa fuq l-aqwa u li wieħed jinnota mill-ewwel f’Ira Losco, tibqa’ l-umiltà kbira għalkemm kif jaf kulħadd, hija stilla ta’ pajjiżna li lkoll kburin biha! 

Ritratt: Facebook/ Ira Losco



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI