Dan probabbilment huwa l-agħar ħolma kerha għal ħafna: raġel ta’ 35 sena min-Nepal u li jgħix Malta li jismu Karma Lama, kien rieqed ħdejn martu meta beda’ jisma ħoss ta’ żarżir f’widnejh. Il-ħoss qajmu fis-sigħat bikrin tal-Ħadd li għadda hekk kif ħeġġeġ lil martu biex iġġib pinzetta.
Huma spiċċaw ixxokkjati, hekk kif martu ħarġitlu wirdiena minn ġewwa widintu. “Il-ħoss qajjimni fit-3 ta’ filgħodu, u mbagħad stajt inħoss ħakk u xi ħaġa tiċċaqlaq. Kont naf immedjatament li kien insett”, qal ir-raġel Nepaliż li jgħix Malta lit-Times of Malta.
Karma kellu jmur għand it-tabib l-għada hekk kif żviluppa infezzjoni f’widnejh. Huwa qal mat-Times of Malta li issa beda juża t-tajjar f’widnejh għax qed jibża’ ħafna li jerġa’ jiġrilu l-istess.
Times of Malta