Il-leġġenda tal-mużika pop Madonna mistennija terġa’ tħalli impatt qawwi fix-xena mużikali b’album ġdid li se joħroġ matul din is-sena – Confessions II
Wara karriera twila mimlija suċċessi, fosthom b’kanzunetti bħal Like a Virgin, Material Girl, Like a Prayer, Hung Up, Frozen, La Isla Bonita, Madonna ser terġa’ toffri mużika ġdida li ser tkompli turi l-identità artistika tagħha.
Dan l-album mistenni jkun pass ieħor importanti fil-karriera ta’ Madonna, li matul is-snin dejjem kienet kapaċi tadatta ruħha għaż-żminijiet u tibqa’ rilevanti.
Mistenni jkun kontinwazzjoni mal-album li ġie mniedi fl-2006, Confessions on a Dancefloor. Xi sorsi qalu li ħa terġa’ taħdem mal-mużiċist u DJ, Stuart Price.
Żgur li ħafna jinsabu tant ħerqana biex nisimgħu aktar mingħand ir-Reġina tal-Pop.