Rekord Nazzjonali Ġdid – L-Iżgħar Fratell Li Ħa Sehem F’Purċissjonijiet Ta’ Festi Ġewwa Knejjes Madwar Malta, Bl-Ikbar Ammont Ta’ Servizzi

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, The Malta Records tkellmu dwar rekord li ġie ippreżentat riċentament.

Huma qalu, “The Malta Records illum iltqajna ma’ ġuvnott ċkejken ċkejken sabiex nippreżentawlu rekord nazzjonali ġdid li se jnissel tbissima u ferħ f’qalb id-dilettanti tal-festi Maltin. L-iżgħar fratell li ħa sehem f’purċissjonijiet ta’ festi ġewwa knejjes madwar Malta, bl-ikbar ammont ta’ servizzi.”

Żiedu, “Dan ir-rekord nazzjonali ġdid ġie mwaqqaf minn Sam Zammit Schembri li beda jagħti s-servizz ta’ fratell fl-età ta’ sentejn u 7 xhur u diġà għamel 31 servizz fl-età ta’ 4 snin u xahrejn. Ilkoll naqblu li dan huwa rekord mistħoqq u pjuttost inkredibbli. Nawguraw lil Sam li jkompli b’din in-namra u nirringrazzjaw lill-ġenituri tiegħu tal-paċenzja li jieħdu sabiex jagħmel dak li verament iħobb.”







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI