Hekk kif ilbieraħ filgħaxija ħarġet l-aħbar li ntlaqtet waħda mill-istatwi tal-festa tal-Madonna tal-Karmnu fil-Belt Valletta, qam furur sħiħ minn diversi għaqdiet tal-festa lokali. Kif tistgħu timmaginaw, l-armar tal-festa huwa għażiż ħafna għad-dilettanti, u inċident bħal dan mill-ewwel qajjem tħassib.
Fortunament, jidher li ttieħdet azzjoni malajr. Il-Ministru Għall-Arti, il-Kultura u l-Wirt Nazzjonali Malcolm Paul Agius Galea kkonferma li sar kuntatt immedjat mal-persuni konċernati u n-naħat kollha poġġew madwar mejda biex isibu soluzzjoni. Intlaħaq ftehim biex l-ispejjeż kollha tal-ħsara jiġu mħallsa ħalli l-istatwa tiġi rranġata għand restawratur professjonali, magħżul mill-istess Għaqda tal-Festa tal-Karmnu tal-Belt.
Biex inkunu ġusti u nagħtu l-kuntest kollu, ġie ċċarat li se jkunu l-produtturi tal-film stess li se joħorġu l-flus għall-ispejjeż tar-restawr, u mhux il-Kummissjoni tal-Films (Film Commission). Almenu, l-istorja tidher li se tispiċċa b'wiċċ il-ġid u l-istatwa se tingħata l-attenzjoni li jixirqilha.
Facebook/Darren Carabott