Riċerka li saret minn Holiday Extras żviluppat Indiċi tas-Sigurtà tan-Nisa li Jivvjaġġaw biex turi liema pajjiżi huma l-aktar sikuri għan-nisa li jivvjaġġaw. In-nisa vjaġġaturi xi kultant jistgħu jħossu l-ħtieġa li jkunu kawti dwar fejn jibbukkjaw, speċjalment jekk jivvjaġġaw waħedhom.
L-aqwa pajjiż hija l-Iżvizzera u ngħatat l-‘istandard tad-deheb’. Malta u l-Portugall irċevew punteġġ ta’ sigurtà ta’ 100%. Ir-Rumanija ġiet wara Malta b’punteġġ ta’ 70%.
Pajjiżi bħall-Marokk ikklassifikaw fost l-agħar.