Riċerkaturi Qed Jaħsbu Li L-Great White Sharks Qegħdin F’Periklu Ta’ Estinzjoni Fil-Baħar Mediterran!

Riċerkaturi qed iwissu li l-klieb il-baħar fil-Baħar Mediterran jinsabu f’riskju serju li jisparixxu kompletament, wara li diversi spedizzjonijiet naqsu milli jaraw kelb tal-baħar wieħed.

Studju mwettaq flimkien mal-Blue Marine Foundation sab li s-sajd industrijali u prattiki illegali qed ikollhom impatt qawwi fuq din l-ispeċi protetta. Bejn l-2021 u l-2023, tliet spedizzjonijiet fl-Istrett ta’ Sqallija ma rreġistraw l-ebda kelb il-baħar abjad, minkejja li din iż-żona hija meqjusa bħala refuġju importanti.



Madankollu, instab DNA ta’ kelb il-baħar abjad f’erba’ kampjuni f’żoni qrib l-Egadi, Pantelleria u Lampedusa, li jikkonferma li dan il-ħut kbir għadu jgħaddi minn dawn l-inħawi.



Ir-riċerkaturi sabu wkoll li mill-inqas 40 kelb il-baħar abjad inqatlu fl-2025 biss, wara monitoraġġ f’portijiet fl-Afrika ta’ Fuq. Filmati vverifikati mill-BBC juru klieb il-baħar protetti jitniżżlu mejta f’dawn il-portijiet.

Il-kuratur tal-Akkwarju Nazzjonali, Daniel De Castro, qal li dawn is-sejbiet jikkonfermaw kemm l-osservazzjonijiet ta’ klieb il-baħar bojod huma rari. Huwa sostna li s-sajd żejjed qed inaqqas il-provvista tal-ħut li dawn il-predaturi jiddependu fuqu.

De Castro qal ukoll li kien każ rari ħafna l-filmat ta’ kelb il-baħar li deher f’Tas-Sliema f’Mejju li għadda, għalkemm l-esperti għadhom ma jaqblux jekk kienx kelb il-baħar abjad jew blu.



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI