“Riħ Għada L-Ħadd Mistenni Jkun Ħafif U Varju … Iċ-Ċans Ta’ Xita Għada Qiegħed …” – Aġġornament Tat-Temp

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Aġġornament tat-Temp żammew lis-segwaċi aġġornati b’dak li għandu x’jaqsam mat-temp tal-lum u t’għada.

Qalu, “Illum jibqa’ msaħħab li jissaħħab ħafna wara nofsinhar u bix-xita wara is-14:00 sa filgħaxija. Riħ nofsinhar ser idur Ilbic u ser iġib miegħu ammont ta' sħab li minnu ser jagħti xita. Possibilita li tagħmel ix xita illum; filgħodu 45%, wara nofsinhar 65% - 80% (14:00-17:00), filghaxija 60%. Possibilita ta' riħ moderat mill-punent ilbic bejn is-14:00 u l-17:00. Riħ ilbic forza 3 għal 2 li waqt ix-xita jitla forza 4 punent majjistru. Temperatura l-ogħla llum tmiss 29°C.”

Żiedu, “Din l-instabilita mistennija tippersisti sa għada l-Ħadd fejn mistenni temp pjuttost imsaħħab u b’xi ħalbiet tax-xita lokalizzati li jsir ftit imsaħħab tard filgħaxija. Riħ għada l-Ħadd mistenni jkun ħafif u varju. Iċ-ċans ta' xita (li tagħmel ix-xita) għada qiegħed; filgħodu 65%, wara nofsinhar 55% u filghaxija 50%. Temperatura illum 27°C. Temperatura tal-baħar 30°C. Umdità 85%. Pressjoni atmosferika 1018hPa (bħalissa hija waħda għolja u biex tagħmel ix-xita trid tinżel).”

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI