Ħ’Attard Stray Animal Support Group kitbu fuq il-paġna tagħhom dwar sitwazzjoni li xxukkjat lill-persuni li jħobbu l-annimali. Spjegaw li dalgħodu xi ħadd ġibdilhom l-attenzjoni dwar nar li ħaraq u kisser erba’ xelters tal-qtates fi Ġnien tal-Fuklar fil-villaġġ ta’ Ħ’Attard.
Żiedu jgħidu, “Ninsabu qalbna maqsuma li xi ħadd dejjquh dawn ix-xelters u ried ikissirhom. Aħna noqogħdu attenti fejn nitfgħuhom. Huma puliti u jsebbħu l-madwar. Nafu li l-feeders iżommuhom nodfa. Nixtiequ nirringrazzjaw lir-residenti li jinsabu xxukjati daqsna.”
Spjegaw li għall-grazzja t’Alla, il-qtates ta’ barra ma weġġgħux, iżda qed jappellaw biex min jaf xi informazzjoni li tista’ tgħin lill-pulizija, jitkellem, ħalli min ħoloq dan in-nar jinqabad.
Facebook / Ħ’Attard Stray Animal Support Group