“Rispett Kbir Għal Kull Voluntiera Li Jirriskjaw Ħajjithom Għat-Tradizzjonijiet Tagħna” – Luca Lorenzo

Luca Lorenzo

Il-preżentatur lokali Luca Lorenzo qasam ħsieb wara l-aħbar tal-isplużjoni li seħħet fin-Naxxar. Luca kiteb dwar kemm ghandna napprezzaw lil dawn in-nies li b’tant dedikazzjoni jagħtu minn ħinhom għat-tradizzjonijiet Maltin biex jitgawdew minn kulħadd.

“Nispera li n-nies kollha li jeqirdu ħaba l-logħob tan-nar fis-Sajf jew li jgħidu li huwa hobby għall-injuranti, ilum jirrealizzaw kemm hu perikoluż li taħdem bih. Rispett kbir għal kull voluntiera li jirriskjaw ħajjithom għat-tradizzjonijiet tagħna – u nittama li ħadd ma jweġġa’.”

Intant ftit ilu ġie rrappurtat li raġel ta’ 67 sena u ieħor ta’ 47 sena, it-tnejn residenti San Pawl il-Baħar, ittieħdu l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza wara li kienu fl-għelieqi fil-viċinanzi fejn seħħet splużjoni.

Inżommuhom f’talbna.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI