Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, The Malta Police Force talbu l-għajnuna tal-pubbliku rigward raġel li qed jiġi irrappurtat nieqes.
Huma bdew billi qalu, “Robert Lawniczak, ta’ 57 sena, ġie rrappurtat nieqes lill-Pulizija. Huwa deher l-aħħar f’Għawdex.“
Żiedu wkoll, “Kull min għandu xi informazzjoni dwar din il-persuna, jista’ jgħaddiha lill-Pulizija, permezz ta’ messenger, jew iċċempel, anke b’mod anonimu, fuq in-numri tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija 21 224001 / 119 jew fl-eqreb Għassa tal-Pulizija.”
Inħeġġu lil dawk li jistgħu jgħinu lill-pulizija biex jagħmlu dan. Nittamaw li jinstab.