Fil-ġimgħat li ġejjin il-Malta Eurovision Song Contest għal darb’oħra se jkun qed jerġa’ jieħu l-ħajja bil-għan li tintagħżel dik il-persuna li se tkun qed tirrappreżenta lil pajjiżna f’Mejju li ġej fi Vjenna.
Issa għadu kif tħabbar li mat-tim ta’ preżentaturi se jkun qed jingħaqad Ron Briffa li se jieħu ħsieb jippreżenta minn wara l-kwinti, fil-Green Room, u se jkun qed jintervista tul is-serata l-kantanti li se jkunu qed jieħdu sehem.
Dan wara li xi jiem ilu tħabbar li Destiny, Gaia Cauchi u Keane Cutajar se jkunu l-preżentaturi ewlenin ta’ din is-sena għall-Malta Eurovision Song Contest.
Facebook / Fixfixow