"Sa 2010 Ġejt B’Xejn… Dar U Karozza Biss" – Joe Demicoli Jitkellem Fuq Id-Dipressjoni Fuq Xarabank

Is-sena 2010 għal Joe Demicoli u l-familja tiegħu kienet sena diffiċli. Dik is-sena Joe spiċċa ġie ffrodat u spiċċa bid-dar u l-karozza tiegħu biss. Tilef flusu kollha u minħabba fhekk spiċċa għamel 7 snin f’dipressjoni. 





Bdiet dieħla dipressjoni u beda jinbidel il-karattru ferrieħi tiegħu. F’intervista f’Xarabank jgħid li kellu dwejjaq kbar. “Dwejjaq għax ħaġa żid fuq oħra u dejjem b’ansjetà”. Fuq Xarabank iddedikat kollu għalih, Joe Demicoli jirrakonta kif kien mistieden fil-programm u wara l-kwinti fetaħ qalbu ma’ tabib. Iżda dan it-tabib ħasbu li kien qed jiċċajta u minflokk kelma ta’ kuraġġ qallu, “int kollox biċ-ċajt tieħu”. 

B’kawża ta’ dipressjoni, Joe spiċċa biex qabditu wkoll ansjetà soċjali u kull meta kien jara persuna kien jaqsam it-triq għax kien jiddejjaq min-nies. 

Fil-programm kemm Peppi kif ukoll Joe fakkru li hemm xi ħadd li qed ibati minn dipressjoni jfittex l-għajnuna għax hawn kura li tista tgħin. Sabiex jagħmel aktar kuraġġ Joe Demicoli ħareġ kanzunetta serja li tista’ taraha fil-filmat. 



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI