Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tiegħu, Mid-Djarju tat-Timba kompla jżomm lis-segwaċi tiegħu aġġornati rigward it-temp preżenti.
Beda billi qal, “Le, sinjuri, privileġġ għalija jekk imqar ngħin bniedem mill-eluf li segwew l-iżvilupp ta’ din it-tempesta tul dawn il-jiem. Ippruvajt kemm stajt intambar fl-imħuħ, għax maltemp ta’ din il-kwalità mhux komuni u ħadd m’għandu jieħdu b’ċajt jew irrelevanti. Dalwaqt jgħaddi kollox, ħbieb. Għada nurikom kemm mir-rapport li tajt qabel il-maltemp kemm intlaħqu nies u ppreparaw. Unur kbir ħassejt, ma temmnux.”
Żied, “Agħmlu kuraġġ. Għall-ħabta tat-20.00 jibda jnaqqas ir-riħ u jibda jdur lejn in-Nofsinhar u jkompli jnaqqas mis-saħħa tiegħu. Sa għada filgħodu jkun dar lejn il-Lbiċ u jkun nieżel għall-Forza 3/4. Il-baħar xorta jkun qawwi, max-xfarijiet tersqux u tissograwx! Temp matul il-lejl u kmieni filgħodu:Matul il-lejla mistennija aktar xita fejn anki xi beraq u/jew sajjetti qrib ikollna, fejn tista’ tkun b’saħħitha u jonqsu l-ħalbiet sa filgħodu.”