San Giljan Aquatic Sports Club Isellmu L-Memorja Ta' John Caruana Li Għadda Għall-Ħajja Ta' Dejjem!

Fuq il-mezzi soċjali tagħhom, San Giljan Aquatic Sports Club jħabbru l-mewt ta’ john Caruana li ħafna kienu jafuh bħala Cane’. Telfa żgur għażiża għal dawk kollha li xi darba jew oħra ltaqgħu miegħu.

Huma jiktbu, “San Giljan Aquatic Sports Club jibku bil-kbir il-mewt ta’ John Caruana (Cane’) eks player tal-Club u kowċ kemm ta’ San Giljan ASC Women’s Waterpolo kif ukoll tat-timijiet taż-żgħar.”

Huma jkomplu, “Kondoljanzi mill-aktar profondi lill-familja kollha tiegħu. Jalla jistrieħ fis-sliem. John, int uniku, int dejjem tkun f’qalbna bħala raġel ta’ veru tal-Klabb.”

F’isem it-tim ta’ Gwida, insellmu l-memorja tiegħu u ngħaddu l-kondoljanzi tagħna lill-familja tiegħu f’dan iż-żmien diffiċli. Kompli ħares lejn dawk għeżież għalik.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI