“Għidu Lil Familti Li Ridt Insalva Lin-Nies!” – L-Eroj Li Ħataf L-Arma Minn Id Aggressur F’Attakk Fl-Awstralja

Bħalissa bosta minn madwar id-dinja qed ifaħħru l-aġir erojku ta’ raġel ta’ 43 sena li f’nofs l-attakk li kien hemm jumejn ilu fl-Awstralja ssogra ħajtu billi kien pront ħataf l-arma minn id wieħed mill-aggressuri u b’riżultat t’hekk irnexxielu jsalva diversi persuni li kienu fil-mira ta’ dan l-attakk.

Numru ta’ rapporti semmew kif l-aħħar kliem li tenna lil kuġinuh li nzerta kien miegħu qabel ma b’kuraġġ ta’ sur daħal fl-azzjoni kienu proprju “se mmut… għidu lil familti li ridt insalva lin-nies”.

Issemma li bħalissa Ahmed Al Ahmed, ir-raġel ta’ 43 sena, qed jiġi rikoverat fi sptar u jinsab mifni bl-uġigħ iżda sodisfatt li b’għemilu salva l-ħajja ta’ daqstant nies.

B’rikonoxximent għall-att erojku tiegħu bosta minn madwar id-dinja ngħaqdu u flimkien ġabrulu ‘l fuq minn €1 miljun, bid-donazzjonijiet għadhom deħlin.







Ritratti:

Facebook / ABC News

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI