Il-Membru Parlamentari Katya De Giovanni kitbet dwar intervent li ser tkun qed tagħmel illum. Huwa relatat mal-Crohn’s.
“Għeżież ħbieb, Illum se nidħol l-isptar biex isirli intervent fil-musrana minħabba kundizzjoni relatata mal-marda tal-Crohn’s. Nammetti li hemm ftit biża’, imma fl-istess ħin għandi l-kuraġġ għax naf li dan hu pass importanti biex nerġa’ nħossni aħjar u nkompli ngħix ħajti aħjar.”
Hi tinforma li ser tkun indisposta għal xi jiem sakemm tistrieħ u tirkupra. Madankollu f’sitwazzjonijiet urġenti hi lesta tkun hemm.
“Minn qalbi nirringrazzja u nammira lit-tobba, lill-infermiera u lil kull min, kuljum, jieħu ħsieb lill-morda b’dedikazzjoni u paċenzja kbira. Grazzi minn qalbi tal-messaġġi ta’ kuraġġ u tal-appoġġ tagħkom. Vera napprezza.”
Jalla kollox imur sew għażiża – tinsab f’talbna u ħsibijietna.
Facebook/ Katya De Giovanni