Lil Alan u lil Marlon żgur li niftakruhom waqt it-tieni staġun ta' Malta's Got Talent fejn spiċċaw fit-tieni post bil-grupp Dancing Angels. Apparti minn hekk dehru fi produzzjonijiet televiżivi lokali fosthom Deja vu.
Illum Alan u Marlon qed jiċċelebraw okkażjoni speċjali fir-relazzjoni tagħhom, hekk kif għalqu 7 snin miżżewġin u 17-il sena flimkien.
Fl-okkażjoni, Melvin qasam messaġġ mill-qalb fuq il-midja soċjali, fejn irringrazzja lis-sieħeb tiegħu għall-imħabba, l-appoġġ u l-esperjenzi kollha li għexu flimkien tul is-snin.
Fil-messaġġ tiegħu kiteb, "Seba' snin miżżewġin, 17-il sena flimkien. Rollercoaster ta' ħajja li ma nbiddilha ma' xejn. (Apparti dawk il-praspar li jġalluni nid...) Grazzi ta' kulma tagħmel miegħi, f'kull mument... f'kull avventura... f'kull sitwazzjoni tal-ħajja."
Melvin ikompli, "Fuq kollox grazzi tal-imħabba sinċiera tiegħek li tajtni f'dawn is-snin. Għal iktar esperjenzi... Għal iktar avventuri... Għal iktar ġenn... Inħobbok ħafna. Dejjem u f'kollox hawn għalik."
Nawgurawlhom aktar snin mimlijin saħħa, ferħ, imħabba u ħafna mumenti sbieħ flimkien.