“Sejjer Id-Dar!” – Marvic Iħabbar Li Ħareġ Mill-Isptar Wara Intervent Li Kellu Jagħmel

Ftit sigħat ilu, l-eks parteċipant ta' Big Brother Malta Marvic Camilleri ħabbar li għadu kif ħareġ mill-isptar Mater Dei wara li sfortunatament kellu jqatta' xi jiem hemmhekk minħabba intervent li kellu jagħmel.

F'filmat li hu tella' fuq il-midja soċjali, Marvic irrifletta dwar kif fil-ħajja persuna jkollha diversi problemi "iżda meta taffaċja problemi ta' saħħa jkollha biss problema waħda," sostna hu.

Hu esprima l-gratitudni tiegħu lejn it-tobba u l-infermriera li matul dawn l-aħħar jiem ħadu ħsieb tiegħu, u rringrazzja wkoll lil dawk kollha li f'dan il-perjodu diffiċli, bagħtulu messaġġ jawgurawlu fejqan ta' malajr.

Ritratti:

Facebook / Marvic Cam

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI