Seba’ Festi Se Jiġu Ċċelebrati F’Malta U Għawdex Fi Tmiem Din Il-Ġimgħa

Għal dawk kollha li jħobbu l-atmosfera tal-festi Maltin, dan se jkun tmiem il-ġimgħa mimli daqs bajda! Nhar il-Ħadd 30 ta’ Awwissu, seba’ lokalitajiet madwar Malta u Għawdex se jkunu qed jiċċelebraw il-festa tagħhom, b’dak kollu li tradizzjonalment iġibu magħhom il-festi tagħna.

F’Ħal Safi se tiġi ċċelebrata l-festa tal-Konverżjoni ta’ San Pawl, filwaqt li fil-Birgu se ssir il-festa ta’ San Duminku. San Ġiljan se jiċċelebra lill-qaddis patrun tiegħu, San Ġiljan, filwaqt li Ħal Għargħur se jkun qed jiċċelebra l-festa ta’ San Bartilmew.

Il-festi ma jiqfux hemm. Fil-Marsa se tiġi ċċelebrata Marija Reġina, fil-Manikata se tkun iċċelebrata l-festa ta’ San Ġużepp, filwaqt li f’Għawdex, Għajnsielem se tiġi iċċelebrata l-festa tal-Madonna ta’ Loreto.

Ser tmur xi festa minnhom?

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI