Il-preżentatur Brian Hansford isellem lil Kimberley, l-omm li minkejja l-ostakli kollha u s-sitwazzjoni li għaddiet minnha, baqgħet kull ħin tissielet. Brian ifakkar kemm kien programm b’saħħtu meta kellu lil Kimberley mistiedna.
“Sena ilu kelli l-unur nospita lil Kimberley – mara ta’ kuraġġ kbir li mhu se ninsa qatt. Kienet eżempju ħaj ta’ reżiljenza; minkejja kull sfida, iġġieldet sa l-aħħar u baqgħet tinkuraġġixxi lil ħaddieħor f’kull minuta.”
Brian ikompli, “Grazzi tal-lezzjoni ta’ ħajja li tajtna, Kimberley. L-ispirtu tiegħek se jibqa’ stampat f’qalbna għal dejjem.” Xerred anke ritratt flimkien magħha bħala tifkira.
Insellmu l-memorja tiegħek, għażiża Kimberley.