“Sentejn Ilu, Dħalt F’Ħajjitna U Mlejt Qlubna Bi Mħabba Li Qatt Ma Stennejna… Aħna Tant Kburin Li Aħna L-Ġenituri Tiegħek.” – Kylie Coleiro

Kylie Coleiro

Kien bħal-lum sentejn ilu meta l-kantanta lokali Kylie Coleiro u żewġha kellhom liċ-ċkejkna Chloe! Ġurnata li ma jistgħu jinsew qatt, hekk kif beda l-irwol tagħhom ta' ġenituri.

Kylie xerrdet ritratti mill-isbaħ ta' Chloe għall-okkażjoni, u kienu ħafna li kkummentawlha u ggustawha, kif ukoll ovvjament awgurawlha.

Kylie kitbet, "Sentejn ilu, dħalt f’ħajjitna u mlejt qalbna b’imħabba li qatt ma konna nafu li kienet possibbli. Kull tbissima, kull tgħanniqa, kull daħka u kull pass ’il quddiem li għamilt għamlu d-dinja tagħna isbaħ."

Tkompli żżid, "Li narawk tikber u ssir tifla tant ħelwa, mimlija ferħ u kurjuża hi l-akbar barka. Inti ġġib tant ferħ kull fejn tmur, u aħna kburin immens li aħna l-ġenituri tiegħek."

Nawguraw liċ-ċkejkna Chloe!

Ritratti:

Facebook/ Kylie Coleiro

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI