“Illum Niċċelebraw Lilek U D-Dawl Li Ġġib F’Ħajjitna, L-Għażiża Claudia Tiegħi” – Daniel Magrin B’Messaġġ Ta’ Awgurju Lejn Martu

Id-direttriċi u l-għalliema tal-kant, Claudia Magrin, omm il-kantanta lokali Chrstina Magrin, illum qed tiċċelebra għeluq sninha b’ħafna mħabba u awguri mingħand dawk li jħobbuha.

Fost dawk li fakkru dan il-jum speċjali kien hemm il-ħabiba tagħha Maria La Barokka Muscat, li qasmet messaġġ mimli affezzjoni fejn kitbet: “Happy Birthday lill-ħabiba kbira tiegħi u oħti Claudia Magrin. Inħobbok u grazzi tal-mara li inti. Awguri minn qalbi.”

Anke żewġha ħallha messaġġ sabiħ għaliha, fejn qal: ““Illum niċċelebraw lilek u d-dawl li ġġib f’ħajjitna, għażiża Claudia tiegħi. Nawguralek għeluq is-sena t-tajba u għal ħafna snin oħra ta’ ferħ u mumenti sbieħ. Inħobbok ħafna.””

Ma naqsux lanqas l-awguri mingħand bosta studenti tagħha, li jarawha bħala aktar minn vocal coach. Fosthom kien hemm Isaac Spiteri, li awguralha u ddeskriviha bħala “l-għalliema tal-kant, l-akbar appoġġ tiegħi ”, filwaqt li qal li maż-żmien sar iqisha bħalha “it-tieni ommi” għalih.

Ħafna oħrajn ingħaqdu fl-awguri biex jiċċelebraw lil Claudia u jirringrazzjawha għall-imħabba, il-gwida u l-appoġġ li tagħti lil dawk kollha li għandhom ix-xorti jaħdmu magħha.

It-Tim ta' Gwida wkoll jawguralha l-isbaħ xewqat f'dan il-jum tant speċjali.

Ritratti:

Facebook/Claudia Magrin

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI