“Sentejn Mingħajrek, Ma… Inħobbuk U Nħossu N-Nuqqas Tiegħek” – Is-Sindku Joseph Gatt

Is-Sindku tal-Mosta kiteb messaġġ emozzjonali fuq il-paġna tiegħu bħala tifkira ta’ ommu li ħalliet din id-dinja bħall-bieraħ sentejn ilu.

“Sentejn mingħajrek, ma,” kiteb is-Sindku tal-Mosta Joseph Gatt. Żied jgħid, “illum qed inqatta’ l-ġurnata nħossni iżjed grat mis-soltu taż-żmien li kellna flimkien u l-mara inkredibbli li int. Grazzi talli dejjem kont l-ikbar cheerleader tiegħi, u tal-legat ta’ mħabba li ħallejt warajk.”

Kompla jgħid, “Inħobbuk u nħossu n-nuqqas tiegħek iktar milli jistgħu jesprimu l-kliem.”

Ippubblika ritratt il-ġmiel tiegħu ta’ ommu flimkien ma’ missieru Lawrence Gatt jitbissmu lejn xulxin bi mħabba sinċiera.



L-imħabba ta’ omm hi mħabba tassew speċjali. Tistrieħ fis-sliem u l-paċi, il-memorja tagħha tibqa’ f’qalbna għal dejjem.





Ritratti:

Facebook / Joseph Gatt

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI