Serataron Jagħlaq Il-Programm Bid-Diska Famuża Ta’ Xtruppaw, Il-Poni – Tiftakarha?

Il-mistednin tal-bieraħ fuq Serataron kienu l-preżentatur tar-radju Nate Darmanin, il-kantanta Tiziana Calleja, u l-mudella Denise Dalton. Tiziana tirrakkonta xi ġralha f’tieġ minnhom filwaqt li Denise tgħid x’kien għamlilha l-kelb. Nate jagħmel ċajta lil Ron billi jikteb messaġġ fuq il-mobajl ta’ Ron stess u jibgħatu lil kulħadd.Filwaqt li tul il-logħba ‘Diski Jaħarqu’ naraw lil Nate jagħmel attentat ta’ kant.

Dan il-programm kontinwament dejjem jirnexxielu jpoġġi t-tbissima fuq wiċċna. Ir-Ronnies jagħlqu t-tmiem tal-programm b’rendizzjoni tad-diska famuża, Il-Poni ta’ Xtruppaw.  Din id-diska tħallilna nostalġija għal żminijiet aħjar. Il-membri ta’ Xtruppaw huma Rex Grech Santucci, Marvin Zammit, Noel Cuschiere-Huy, Jeffrey Galea U Dino Mifsud Lepre.





Facebook / Serataron



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI