“Sfortunatament Inħabbru T-Telfa Ta’ Pawlu Gatt Li Ngħaqad Mal-Mulej… Raġel Ħabrieki Li Jagħti Sehmu Bis-Sħiħ…” – St. Andrew’s Band Fireworks Factory Luqa

Pawlu Gatt SFS

Fuq il-paġna St. Andrew’s Band Fireworks Factory Luqa sellmu l-memorja ta’ persuna li dejjem sabuh ta’ appoġġ u kontribut fejn tidħol il-festa tar-raħal – il-festa ta’ Sant’Andrija.

“Sfortunatament inħabbru t-telfa ta’ Pawlu Gatt li ngħaqad mal-Mulej. Din hija telfa oħra fi ħdan is-St. Andrew’s Band Fireworks Factory u L-Għaqda Mużikali Sant’Andrija. Il-membri kollha ser iħossu n-nuqqas tiegħu – raġel ħabrieki li jagħti sehmu bis-sħiħ speċjalment għal-Festa tal-Patrun tagħna Sant’Andrija.”

Huma jsellmu l-memorja tiegħu u jirringrazzjawh ta’ kulma għamel magħhom.

It-tim ta’ Gwida.mt jingħaqad mal-għaqda u jagħti l-kondoljanzi sinċiera lill-familjari u ħbieb ta’ Pawlu.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI