L-AAA esprimiet id-diżappunt tagħha hekk kif illum ħabtet wiċċha ma’ dak li hi ddeskriviet bħala “wieħed mill-agħar każijiet ta’ din is-sena”.
Spjegaw kif kelb li nġieb għandhom illum kellu x-xedaq miksur u kien f’qagħda fiżika ħażina ħafna.
“Hawn nies verament kattivi… xbajna naraw sitwazzjonijiet bħal dawn,” sostniet l-AAA.
Żguraw li l-kelb issa qed jingħata l-għajnuna li għandu bżonn mingħand veterinarju u jinsab aħjar.
Facebook / AAA