B’kitba fuq il-midja soċjali persuna spjegat kif proprju lbieraħ sabet ħamiema fit-triq muġugħa u mbeżża’ hekk kif jidher li kellha xi feriti.
“Stajt bqajt għaddejja imma m’għamiltx hekk… kultant ninjoraw annimali bħall-ħamiem imma ngħid jien dawn mhux xorta wġigħ iħossu meta jkunu mweġġgħin?” saħqet Kyra Mifsud fil-grupp ‘Rubs Puppy Love’.
Hi ċċarat li issa nstab is-sid tal-ħamiema u qed tingħata l-għajnuna tal-veterinarju.
Facebook / Kyra Mifsud