Silġ U Xita Qawwija Laqtu Diversi Nħawi F’Għawdex Ftit Minuti Ilu

Ftit minuti ilu xita qawwija mżewqa bis-silġ laqtet diversi nħawi fil-gżira Għawdxija. Fost il-lokalitajiet li sfaw milquta hemm in-Nadur kif ukoll il-Qala.



Is-sit Id-Djarju Tat-Timba spjega li dan hu riżultat ta’ firxa ta’ sħab li bħalissa riesqa minn Sqallija lejn il-gżejjer Maltin. Bassar li dan aktarx se jwassal sabiex fis-sigħat li ġejjin inħawi differenti f’pajjiżna, mhux biss il-gżira t’Għawdex, jintlaqtu minn iżjed xita, possibbilment ukoll bis-silġ.



Diversi bassara tat-temp qed jantiċipaw ukoll li x-xita se tkun qed tissokta f’diversi jiem matul il-ġimgħa.



Ritratti:

Facebook / Maltese Islands Weather u Facebook / It-Temp Madwarna

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI