Il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola ltaqgħet mar-Rebbieħa tal-Premju Sakharov u l-Premju Nobel, Malala Yousafzai.
Fi kliemha l-President iddeskriviet lil Malala bħala “simbolu straordinarju ta’ kuraġġ u tama”.
“Bħala l-iżgħar rebbieħa kemm tal-Premju Sakharov kif ukoll tal-Premju Nobel għall-Paċi, Malala tkompli tkun vuċi globali għal miljuni ta’ bniet u nisa żgħażagħ,” saħqet il-President.
“Grazzi Malala talli ispirajt lid-dinja, talli rrifjutajt li tiġi msikkta, talli wrejt li persuna waħda, irrispettivament minn kemm hi żgħira, tista’ tqanqal bidla sinifikanti,” kompliet issostni.
Facebook / Roberta Metsola