“Sitwazzjoni Medika Mhux Mistennija… Nittama Li Nkun Nista’ Nerġa’ Lura Malajr!” – Kezman Mamo

Iż-żagħżugħ Kezman Mamo żvela b’dispjaċir li sfortunatament jinsab f’sitwazzjoni medika mhux mistennija u għalhekk għal issa mhux se jkun attiv fuq il-midja soċjali.

“Nittama li nkun nista’ nirritorna dalwaqt,” kiteb Kezman.

Iż-żagħżugħ ta’ 16-il sena jservi ta’ ispirazzjoni b’mod kontinwu għal bosta hekk kif ma jħallix il-fatt li hu nieqes mid-dawl iwaqqfu milli jwettaq il-ħolm tiegħu. Fil-fatt, hu b’mod regolari jtella’ filmati fejn fihom itiegħem u jagħti l-fehma tiegħu dwar ikel varju.



Nawguraw fejqan ta’ malajr lil Kezman!





Ritratti:

Facebook / Kezman Mamo

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI