Soru Ta’ 82 Tinqatel Brutalment Ġewwa L-Brażil

Nadia Gavanski, soru ta’ 82 sena nqatlet brutalment ftit tal-jiem ilu wara li sfat vittma ta’ attakk minn raġel li daħal fil-monasteru li fih kienet tgħix. Suor Nadia Gavanski nqatlet b’daqqiet ta’ njama waqt li kienet qed tagħlef it-tiġieġ fil-ġnien tal-monasteru.



Ir-raġel li wettaq id-delitt prova jaħrab meta l-pulizija marru jarrestawh ġewwa daru iżda ammetta li kien hu. Qed jiġi rrappurtat ukoll li kien taħt l-influwenza tal-alkaħol.



Tistrieħ fis-sliem.



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI