"Spiċċaw Jammiraw Il-Missjoni Li Nagħmlu U S-Servizz Li Nagħtu Lill-Foqra" – Fr Karm Isolvi L-Problema

Fr Karm DeBattista bħalissa jinsab ġewwa l-Pakistan għaddej b’missjoni li jgħin lil dawk kollha fil-bżonn, ftit ġimgħat ilu spiċċa bi problema minħabba l-fatt li dawk li hu kien qed jirċievi donazzjonijiet tan-nies minn fuq Revolut iżda dawn blukkawlu l-card u l-kont tiegħu.





Damu ftit biex iweġbuh u jtuh risposta, intant il-Bank of Valletta malajr ħarġulu VISA sabiex ikompli jirċievi d-donazzjoni u dak li jkun jista’ jgħin fil-missjoni tiegħu. Fl-aħħar jidher li Revolut fehmu l-missjoni tiegħu u mill-ġdid fetħulu l-kont tiegħu.



Għalkemm Fr Karm DeBattista jista’ jirċievi l-flus fuq Revolut, huma talbuh biex ma jirċievix donazzjonijiet fuq Revolut. Aħna nħeġġu n-nies li jibqgħu jgħinu lil Fr Karm f’din il-missjoni u jgħaddu d-donazzjonijiet tagħhom fuq il-kont tal-BOV.

Facebook / Karm DeBattista

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI