Sports Direct Se Jiftaħ L-Ewwel Ħanut Fi Tmiem Dan Ix-Xahar Ġewwa Ħal Qormi

Malta dalwaqt tilqa’ l-ewwel ħanut ta’ Sports Direct, bil-ftuħ skedat għal nhar il-Ħamis 31 ta’ Lulju 2025 f’Ħal Qormi. Il-ħanut il-ġdid se jkun jinsab f’The Landmark fi Triq l-Iljun, fejn qabel kien hemm Intersport, qrib il-LIDL u Burger King. Il-wasla ta’ dan il-ħanut Brittaniku żgur se tkun waħda li tintlaqa’ b’mod pożittiv mill-Maltin.

F’Ottubru tal-2023, Hudson Malta plc – distributur prominenti lokali fil-qasam tal-moda u l-ilbies sportiv, ħabbar li kien qed jiddiskuti biex iġib lil Sports Direct u marki oħra tal-Frasers Group f’Malta.





Sports Direct huwa magħruf internazzjonalment għall-għażla wiesgħa ta’ ħwejjeġ sportivi, żraben u tagħmir sportiv ieħor, filwaqt li joffri marki ewlenin bħal Nike, Puma, Under Armour u Asics taħt saqaf wieħed.

Sports Direct Malta kkonferma d-data tal-ftuħ permezz tal-midja soċjali lokali tiegħu, u ġibed l-interess kemm ta’ dilettanti tal-isport kif ukoll dawk li jżuru dan il-ħanut barra minn xtutna.



Ritratt: Ionuț Petrache minn Google Maps

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI