“Sqaqien Reġa’ Wriena Kemm Tista’ Tkun Sabiħa S-Sempliċità…. Il-Kultura U L-Komunità M’Għandhomx Bżonn Palk Kbir” – Nicholas Briffa

Dr Nicholas Briffa

Nicholas Briffa qasam riflessjoni sinċiera wara l-avveniment Sqaqien li ttella’ fir-raħal pittoresk ta’ San Lawrenz.

Huwa ddeskriva kif hemm xi ħaġa unika li tiġri meta raħal jieħu l-ħajja b’mod naturali — mhux bil-folol jew il-ħoss, iżda b’dik l-atmosfera speċjali li diffiċli tispjega iżda faċli tħossha.

Nicholas irrakkonta, “Kull sqaq kellu xi ħaġa speċjali. Timxi, iddur il-kantuniera u ssib esperjenza oħra, waħda li ġġiegħlek tieqaf ftit u tapprezza. Dak li laqatni l-aktar kien mument kwiet imma b’saħħtu.”

Fost il-mumenti li laqtuh kien hemm dak qrib il-Kempinski Hotel San Lawrenz, fejn il-ħsejjes taċ-ċello ta’ Frank Camilleri flimkien ma’ vjolinista oħra mlew l-ispazju bejn il-ħitan antiki, u ħolqu atmosfera intima u memorabbli li tibqa’ miegħek.

“Ħsejjes li kienu qed jimlew l-ispazju bejn dak il-ħitan antik. Mument li tħossu u jibqa’ fik. Tul ir-raħal kollu stajt tħoss identità Għawdxija qawwija. Mużika folkloristika, letteratura għat-tfal, żfin tradizzjonali u artisti Għawdxin li esebew ix-xogħol tagħhom waqt li taw lill-esperjenza identità sabiħa u ġenwina. Sqaqien mhuwiex biss avveniment.”

Skontu, Sqaqien mhuwiex sempliċiment avveniment, iżda sensazzjoni li tfakkarna li l-kultura u l-komunità ma għandhomx bżonn palk kbir biex jispikkaw.

Fl-aħħar nett, Briffa rringrazzja lis-Sindku Noel Formosa u lill-Kunsill Lokali ta’ San Lawrenz talli ħolqu spazju kulturali u komunitarju.







Ritratti:

Facebook/ Nicholas Briffa

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI