Steve Farrugia It-Tifel Tad-Dulli U Veronica Għandu Talent Ieħor Barra L-Mużika

Steve Farrugia huwa d-drummer tal-band lokali Airport Impressions u jiġi wkoll it-tifel ta’ Joe Farrugia d-Dulli u l-mara tiegħu Veronica. It-talent tiegħu fil-mużika hu wieħed magħruf u grazzi għal band Airport Impressions kellu diversi suċċessi. Jidher li Steve kien qed jaħbi talent mill-isbaħ! Talent li donnu sab ħin għalih f’dawn iż-żminijiet minħabba l-fatt li bħal ħafna qed ikun aktar id-dar.





Steve tella’ dan ir-ritratt ta’ pittura li għamel hu tal-film Gladiator li parti minnu kienet ukoll inħadmet ġewwa pajjiżna. Kif tistgħu taraw, id-dettall f’din it-tpinġija huwa wieħed inkreddibli. Aħna ninsabu skantati kif qatt ma rajna dan it-talent tiegħu qabel. Nittamaw li fil-futur ikollna aktar ċans li nsegwu tpenġijiet minn taħt idejh. 



Din li qed taraw hawn fuq hi pittura oħra li ħadem fuqha Steve, b’dedikazzjoni speċjali lill-infermiera u t-tobba li jinsabu jiġġieldu fil-konfront tal-Covid-19. L-isem ta’ din il-pittura huwa Tama, tama li għad ngħaddu minn dan kollu b’wiċċ il-ġid!

Jidher li l-familja mimlija talent sbieħ. Talenti li jgħinu sabiex jallegraw lin-nies.  

Facebook / Steve Farrugia

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI