Il-paġna ta’ Puttinu Cares qasmet storja ta’ ispirazzjoni kbira fuq il-mezzi soċjali.
Kitbu, “Inti temmen fil-kumbinazzjonijiet? Tessa tilfet lil ħuha Juan minħabba brain tumour meta kellu biss 14-il sena. Snin wara, il-ħajja laqqgħatha ma’ Sven, li sa minn meta kellu 10 snin qed jiffaċċja l-istess battalja. F’dawn l-aħħar snin, Sven għadda minn 6 operazzjonijiet tal-brain tumour bejn Malta u l-Ingilterra.”
Żiedu jgħidu, “Iż-żewġ familji esperjenzaw is-sapport ta’ Puttinu Cares fl-aktar mumenti diffiċli tagħhom, waqt li kienu qed joqogħdu fl-appartamenti ta’ Sutton għall-kura. Illum Tessa u Sven ilhom flimkien 3 snin. It-tnejn huma studenti. Sven qed jistudja Accounts, filwaqt li Tessa qed tistudja biex issir Nurse, bit-tama li xi darba tkun hi li tagħti kura u tama lil oħrajn. Storja li tfakkarna li xi kultant, anke wara l-akbar uġigħ, il-ħajja xorta tista’ ġġib imħabba u tama.”
Kemm aħna ferħanin li rnexxielhom isibu lil xulxin!
Facebook / Puttinu Cares