L-artist lokali Matt Black qasam l-aħbar ta’ diqa tal-mewt ta’ persuna viċin tiegħu, Susan Cassar.
Il-mewt ta’ Susan ħasdet lil ħafna, speċjalment għaliex għadha żgħira f’età. Bosta ddeskrivewha bħala persuna kwieta u qalbha tajba.
Matt kiteb, “Strieħ fis-sliem għażiża Susan .. sakemm nerġa’ nagħmillek xi makeover ieħor, xi mkien, xi darba”
Noffru s-sabar lill-qraba u l-ħbieb ta’ Susan u lil dawk kollha li qegħdin iġabbru din it-telfa.