Studju Jsib Li L-Użu Tal-AI Għal Pariri Mediċi Huwa Perikoluż Ħafna

L-użu ta’ chatbots tal-intelliġenza artifiċjali (AI) biex jgħinu fit-tfittxija ta’ pariri mediċi jistgħu jkunu perikolużi, skont studju ġdid. Ir-riċerka sabet li l-użu tal-AI biex jittieħdu deċiżjonijiet mediċi ppreżenta riskji għall-pazjenti, minħabba t-tendenza tagħha li tipprovdi informazzjoni mhux preċiża u inkonsistenti.

Din tmexxiet minn riċerkaturi mill-Oxford Internet Institute u d-Dipartiment tax-Xjenzi tas-Saħħa tal-Kura Primarja ta’ Nuffield fl-Università ta’ Oxford, u ġiet ippubblikata fil-ġurnal xjentifiku Nature Medicine.

Dr Rebecca Payne, li kienet ko-awtriċi tal-istudju, qalet li dan sab li “minkejja l-hype kollu, l-AI sempliċement mhix lesta biex tieħu r-rwol tat-tabib”.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI