Siġra F’Santa Venera U Traffic Light Fil-Coast Road Jaqgħu Kawża Tar-Riħ Qawwi

Traffic Lights

Fuq il-midja soċjali Kunsill Lokali Santa Venera ppubblikaw ritratt li juri siġra mwaqqa’, hekk kif għaddej riħ qawwi bħalissa. “Ninfurmaw li waqgħet siġra fil-Ġnien Romeo Romano. Se tkun qed titneħħa fil-ħin li ġej,” jikteb il-kunsill.

Is-sit Times of Malta jirrapporta kif traffic light waqgħet fil-Coast Road, għall-istess raġuni.

Traffic light fil-Coast Road waqgħet waranofsinhar wara li ġarrbet ħsara minħabba r-riħ qawwi, skont Transport Malta.

Uffiċjali ta’ Transport Malta kienu fuq il-post sas-13.30 biex jivvalutaw is-sitwazzjoni u t-triq infetħet f’inqas minn siegħa wara. It-traffic lights tbiddlu peress li jeħtieġ li jiġu msewwija sew.







Ritratti:

Google Maps

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI